Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2024 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/22) 1

(“FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq imwettaq mir-Rumanija – Nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi – Sovrappożizzjoni ta’ żewġ investigazzjonijiet – Artikolu 34(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 – Artijiet mistrieħa u artijiet bil-ħaxix temporanji – Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Ir-Rumanija (rappreżentanti: E. Gane, L.-E. Baţagoi, O.-C. Ichim u R. Antonie, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, A. Sauka u J. Aquilina, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Rumanija titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2020 tas-17 ta’ Novembru 2021 li teskludi mill-finanzjament mill-Unjoni Ewropea ċertu nefqa imġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2021, L 413, p. 10), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna l-infiq li hija allegatament sostniet taħt il-FAEG u taħt il-FAEŻR matul is-snin finanzjarji 2018 u 2019, fl-ammont ta’ EUR 178 320 110.85.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 138, 28.3.2022.