Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2024 – Svenska Bankföreningen u Länsförsäkringar Bank vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-112/22) 1
“Għajnuna mill-Istat – Leġiżlazzjoni fiskali Svediża – Taxxa fuq ir-riskju sistemiku tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Natura selettiva – Għan tal-miżura – Deroga mis-sistema ta’ referenza”
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ideella föreningen Svenska Bankföreningen med firma Svenska Bankföreningen, Näringsverksamhet (Stokkolma, l-Isvezja) Länsförsäkringar Bank AB (Stokkolma) (rappreżentanti: P. Hansson, M. Eriksson, M. Persson u A. Andersson, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Tomat u A. Steiblytė, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: C. Meyer-Seitz, A. Runeskjöld, F.-L. Göransson, H. Shev, H. Eklinder u R. Shahsavan Eriksson, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea COM(2021) 8637 finali, tal-24 ta’ Novembru 2021, dwar il-miżura tal-Istat SA.56348 (2021/N) – Svezja : Taxxa Svediża fuq l-Istabbilimenti ta’ Kreditu.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ideella föreningen Svenska Bankföreningen med firma Svenska Bankföreningen, Näringsverksamhet u Länsförsäkringar Bank AB huma kkundannati, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.
____________
1 ĠU C 191, 10.5.2022.