Rikors ippreżentat fis-26 ta' Marzu 2010- Telefónica O2 Germany vs UASI - Loopia (LOOPIA)
(Kawża T-150/10)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Loopia AB (Västeras, l-Isvezja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta' Jannar 2010 fil-Każ R 1812/2008 1; u
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għat-tressiq ta' kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra għall-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "LOOPIA", għall-servizzi fil-klassi 42
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: L-applikant
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjonijiet tat-trade mark Ġermaniża tat-trade mark verbali "LOOP", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali "LOOP", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38 u 42; Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali "LOOPY", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha kkontestati
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullat id-deċiżjoni kkontestata, ċaħdet l-oppożizzjoni u aċċettat l-applikazzjoni
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kkonċernati
____________