Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2014 – ATC et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-333/10) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Importazzjoni ta’ għasafar – Ftehim dwar l-ammonti kwantifikati tal-kumpens għad-dannu – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Animal Trading Company (ATC) BV (Loon op Zand, il-Pajjiżi l-Baxxi); Avicentra NV (Malle, il-Belġju); Borgstein Birds and Zoofood Trading vof (Wamel, il-Pajjiżi l-Baxxi); Bird Trading Company Van der Stappen BV (Dongen, il-Pajjiżi l-Baxxi); New Little Birds Srl (Anagni, l-Italja); Vogelhuis Kloeg (Zevenbergen, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Giovanni Pistone (Westerlo, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Osse u J. Houdijk, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Jimeno Fernández u B. Burggraaf, sussegwentement F. Jimeno Fernández u H. Kranenborg, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofrew minħabba l-adozzjoni, qabel kollox, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/760/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2005, dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ suspett ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta’ għasafar maqbudin (ĠU L 349M, p. 519), kif ipprorogata, u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007, tat-23 ta’ Marzu 2007, li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (ĠU L 56M, p. 165).Dispożittiv1)    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.2)    Animal Trading Company (ATC) BV, Avicentra NV, Borgstein Birds and Zoofood Trading vof, Bird Trading Company Van der Stappen BV, New Little Birds Srl, Vogelhuis Kloeg u Giovanni Pistone għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.3)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.