Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2014 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑603/13)

“Rikors għal annullament – Unjoni doganali – Talba mill-Kummissjoni għal elementi ta’ informazzjoni addizzjonali lill-awtoritajiet Belġjani – Ittra ta’ informazzjoni lir-rikorrenti dwar din it-talba – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb sentenza dikjaratorja – Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 12)

2.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Talba mill-Kummisjoni għal informazzjoni addizzjonali lill-awtoritajiet nazzjonali dwar talba għal maħfra tad-dazji doganali – Ittra li tinforma lir-rikorrenti bl-estensjoni tat-terminu għall-ipproċessar – Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 17, 36-38)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2013 li titlob informazzjoni addizzjonali lill-amministrazzjoni doganali u tas-sisa Belġjana u tal-ittra tal-Kummissjoni tal-istess jum li tinforma lir-rikorrenti b’din it-talba u bl-estensjoni tat-terminu għall-ipproċessar skont l-Artikolu 907 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex jiġi deċiż li l-Artikolu 909 tar-Regolament Nru 2454/93 pproduċa l-effetti tiegħu fir-rigward tar-rikorrenti wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tad-19 ta’ Marzu 2013, Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni (T-324/10, Ġabra).

Dispożittiv

1)         Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)         Firma Léon Van Parys għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.