Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2013 – Morte Navarro vs Il-Parlament

(Kawża T-280/09) 1

(“Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew – Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni dwar il-petizzjoni – Rikors għal annullament – Att li jikkawża preġudizzju – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Petizzjoni li ma taqax fl-oqsma ta’ attività tal-Unjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: José Carlos Morte Navarro (Zaragoza, Spanja) (rappreżentant: J. González Buitrón, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, N. Görlitz u P. López-Carceller, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2009, li ma tittiħidx iżjed azzjoni dwar il-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fis-17 ta’ Diċembru 2008 (Petizzjoni Nru 1818/2008).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

José Carlos Morte Navarro għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk inkorsi mill-Parlament Ewropew.

____________

1 ĠU C 328, 04.12.2010.