Language of document :

Appell ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2009 minn Herbert Meister mis-sentenza mogħtija fit-18 ta' Mejju 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawżi Magħquda F-138/06 u F-37/08, Meister vs UASI

(Kawża T-284/09 P)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Herbert Meister (Muchamiel, Spanja) (rappreżentant: H.-J. Zimmermann, avukat)

Parti oħra fil-proċedimenti: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta' Mejju 2009 fil-Kawża F-37/08, Meister vs UASI;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa ppreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta' Mejju 2009 fil-Kawżi Magħquda F-138/06 u F-37/08, Meister vs UASI, li permezz tagħha, fost l-oħrajn, ġew miċħuda t-talbiet tal-appellant fil-Kawża F-37/08.

Insostenn tal-appell tiegħu l-appellant isostni, fl-ewwel lok, li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser id-dmir tiegħu ta' newtralità u ta' oġġettività, ma wettaqx evalwazzjoni preċiża tal-fatti tal-każ, iżda wettaq evalwazzjoni preġudikata, u żnatura l-fatti tal-każ. Barra minn hekk, huwa jallega li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq tfixkil proċedurali inammissibbli tas-suġġetti rispettivi tal-Kawża F-138/06 u tal-Kawża F-37/08. Minbarra dan, l-appellant jallega li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żbalja fil-liġi fis-sentenza tiegħu fuq il-fatti tal-każ. Fl-aħħar nett, l-appellant jikkritika d-deċiżjoni fuq l-ispejjeż tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

L-appellant huwa tal-fehma li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, bil-ksur tiegħu, kiser ukoll id-dmir tiegħu li jipprovdi motivi xierqa għas-sentenza appellata.

____________