Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – Hatherly vs EUAA

(Kawża T-40/23) 1

(“Servizz pubbliku – Persunal tal-EUAA – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Proċedura ta’ selezzjoni għal pożizzjonijiet ta’ assistenti – Offerta ta’ impjieg – Kundizzjoni relattiva għal livell ta’ edukazzjoni superjuri ssanzjonat minn diploma u minn esperjenza professjonali xierqa miksuba wara l-kisba tad-diploma – Irtirar tal-offerta ta’ impjieg – Żball ta’ evalwazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità – Responsabbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Xavier James Hatherly (Hamrun, Malta) (rappreżentant: A. Grima, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (rappreżentanti: P. Eyckmans, M. Stamatopoulou u D. Testa, aġenti, assistiti minn T. Bontinck u minn A. Guillerme, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu abbażi tal-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA) tat-8 ta’ April 2022 li tirtira l-offerta ta’ impjieg li kienet saritlu għal pożizzjoni ta’ assistent amministrattiv (proċedura ta’ selezzjoni EASO/2021/TA/007) kif ukoll tad-deċiżjoni tat-3 ta’ Novembru 2022 li tiċħad l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għat-telf ta’ salarju li allegatament sofra sa’ issa.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 127, 11.4.2023.