Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – Beauty Biosciences vs EUIPO – Société de Recherche Cosmétique (BEAUTYBIO SCIENCE)

(Kawża T-81/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali BEAUTYBIO SCIENCE – Kawżi ta’ invalidità assoluta – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Beauty Biosciences LLC (Dallas, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Mărginean, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société de Recherche Cosmétique SARL (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Wilhelm, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bdil tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 1039/2022-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Beauty Biosciences LLC għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Société de Recherche Cosmétique SARL matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu

____________

1     ĠU C 127, 11.4.2023.