Language of document : ECLI:EU:T:2007:167





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tat-12 ta’ Ġunju 2007 – Budĕjovický Budvar vs UASI – Anheuser-Busch (BUDWEISER)

(Kawżi magħquda T-53/04 sa T-56/04, T-58/04 u T-59/04)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali BUDWEISER – Denominazzjonijiet ta’ oriġini rreġistrati skond il-Ftehim ta’ Liżbona – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Ċaħda ta’ l-oppożizzjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux reġistrata jew ta’ sinjal ieħor użat fil-kummerċ (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 70-74)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux reġistrata jew ta’ sinjal ieħor użat fil-kummerċ (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(4)) (ara l-punt 204)

Suġġett

Talba għall-annullament ta’ sitt deċiżjonijiet tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-3 ta’ Diċembru 2003 (Każijiet R 820/2001-2, R 822/01-2, R 823/2001-2, R 921/2001-2, R 29/2002-2 u R 32/2002-2) dwar proċeduri ta’ oppożizzjoni bejn Budĕjovický Budvar, národní podnik u Anheuser-Busch, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

L-applikant għat-trade mark Komunitarja:

Anheuser-Busch Inc.

It-trade mark ikkonċernata:

It-trade mark verbali BUDWEISER għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 16, 21, 25, 29, 30, 35, 38, 41 u 42 – applikazzjonijiet Nri 739177, 24612, 24661, 24620, 24638 u 927533

Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Budĕjovický Budvar, národní podnik

It-trade marks invokati in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Denominazzjonijiet ta’ oriġini BUDWEISER BIER, BUDWEISER BIER-BUDVAR, BUDWEISER BUDVAR

Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:

Ċaħda ta’ l-oppożizzjonijiet

Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Ċaħda ta’ l-appell


Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi fil-kawżi magħquda T-53/04 sa T-56/04, T-58/04 u T-59/04 huma miċħuda.

2)

Budĕjovický Budvar, národní podnik hija kkundannata għall-ispejjeż.