Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fl-1 ta’ Frar 2024 – Miejskie Przedsiębiorstwo Wodociągów i Kanalizacji w m.st. Warszawie S.A. vs Veolia Water Technologies sp. z o.o., Krüger A/S, OTV France, Haarslev Industries GmbH, Warbud S.A.

(Kawża C-82/24, Veolia Water Technologies et)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Miejskie Przedsiębiorstwo Wodociągów i Kanalizacji w m.st. Warszawie S.A.

Konvenuti: Veolia Water Technologies sp. z o.o., Krüger A/S, OTV France, Haarslev Industries GmbH, Warbud S.A.

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ kompetizzjoni leali, imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi 1 (attwalment l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE 2 ) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li tippermetti li jiġi stabbilit il-kontenut ta’ kuntratt pubbliku konkluż ma’ konsorzju kompost minn entitajiet ta’ Stati Membri differenti tal-Unjoni Ewropea billi jittieħed inkunsiderazzjoni, f’dan il-kuntratt, obbligu li jista’ jaffettwa indirettament id-determinazzjoni tal-prezz fl-offerta magħmula minn din il-parti kontraenti, fejn dan l-obbligu la huwa espressament previst fid-dispożizzjonijiet tal-kuntratt u lanqas fid-dokumentazzjoni ta’ sejħa għal offerti iżda jirriżulta minn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali mhux direttament applikabbli għal dan il-kuntratt, li madankollu hija suġġetta għal applikazzjoni b’analoġija?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.

1     ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.