Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Copernicus-Trademarks vs UASI – Blue Coat Systems (BLUECO)

(Kawża T-685/13)1

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BLUECO – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUE COAT – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Copernicus-Trademarks Ltd (Borehamwood, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Pechan u S. Körber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Blue Coat Systems, Inc. (Sunnyvale, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: V. Dalichau, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Otturbu 2013 (Każ R 2028/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Blue Coat Systems, Inc. u Copernicus Trademarks Ltd.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Copernicus-Trademarks Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.