Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2010 - XXXLutz Marken vs UASI - Meyer Manufacturing (CIRCON)
(Kawża T-542/10)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: XXXLutz Marken GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Pannen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meyer Manufacturing Co. Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta' Settembru 2010, fil-Każ R 40/2010-1;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "CIRCON" għal prodotti fil-klassijiet 7, 11 u 21
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Meyer Manufacturing Company Limited
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "CIRCULON" għal prodotti fil-klassijiet 11 u 21
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: reġistrazzjoni parzjalment irrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, għaliex ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, kif ukoll ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, għaliex il-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni, fid-deċiżjoni tiegħu, fatti li l-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell ma kinitx ippreżentat.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).