Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Azalee Cosmetics vs EUIPO – L’Oréal (UK) (LA CRÈME LIBRE)

(Kawża T-765/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva LA CRÈME LIBRE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti LIBRE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Azalee Cosmetics (Pariġi, Franza) (rappreżentant: I. Tribouillet, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: L’Oréal (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Ortiz López u M. Polo Carreño, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Ottubru 2022 (Każ R 229/2022-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Azalee Cosmetics hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 45, 6.2.2023.