Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Lulju 2007 - Au Lys de France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-458/04)1

("Kompetizzjoni - Pożizzjoni dominanti - Suq tal-provvistà ta' siti għall-operat ta' negozji bl-imnut fl-ajruport ta' Roissy-Charles-de-Gaulle miżmum mill-operatur Aéroports de Paris - Ċaħda ta' ilment - Talba għal annullament - Nuqqas ta' interess Komunitarju")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Au Lys de France (Raincy, Franza) (rappreżentant: L. Lesourd, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver u O. Beynet, u wara P. Oliver, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Aéroports de Paris (Pariġi, Franza) (rappreżentanti : H. Calvet u O.Billard, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2004, li tagħlaq il-każ fir-rigward ta' l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-impriża pubblika Aéroports de Paris għall-ksur ta' l-Artikolu 82 KE (Każ COMP/D3/38. 666 Au Lys de France/Aéroports de Paris).

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Au Lys de France hija ordnata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 45, 19.2.2005.