Language of document : ECLI:EU:T:2007:294





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 – Imagination Technologies vs UASI (PURE DIGITAL)

(Kawża T-461/04)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PURE DIGITAL – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Karattru distintiv miksub permezz ta’ l-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (ċ)) (ara l-punti 36-37, 54)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tas-16 ta’ Settembru 2004 (Każ R 108/2004-2) li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali PURE DIGITAL bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant tat-trade mark Komunitarja:

Imagination Technologies Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali PURE DIGITAL għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38 – Applikazzjoni Nru 2396075

Deċiżjoni ta’ l-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.