Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2017 – Yotrio Group vs EUIPO (Iffissar ta’ ċirku aħdar fuq sieq)

(Kawża T-47/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Yotrio Group Co. Ltd (Linhai City, iċ-Ċina) (rappreżentant: L. Ullmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea tal-kategorija “oħra” (iffissar ta’ ċirku aħdar fuq sieq) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 396 568

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 285/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________