Language of document : ECLI:EU:T:2017:170





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – ADDE vs Il-Parlament

(Kawża T-48/17 R)

“Miżuri provviżorji – Finanzjament ta’ partit politiku – Dritt istituzzjonali – Garanzija bankarja – Nuqqas ta’ urġenza”

1.      Miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-qorti tal-miżuri provviżorji

(Artikolu 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 8-11)

2.      Miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti jew li tbiddel n’mod irrimedjabbli il-pożizzjoni tagħha fis-suq – Evalwazzjoni fid-daswl tas-sitwazzjoni ta’ grupp ta’ appartenenza

(Artikolu 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punt 15)

3.      Miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni tan-nuqqas ta’ rkurpu immedjat ta’ multa – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ċirkustanza eċċezzjonali – Oneru tal-prova

(Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 16, 20-22)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u maħsuba għall-għoti ta’ miżuri provviżorji maħsuba sabiex tinkiseb eżenzjoni mill-obbligu li tipi kkoswtitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għall-finanzjament minn qabel tas-sussidju li jirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Parlament FINS-2017-13, tal-15 ta’ Diċembru 2016, dwar il-finanzjament mogħti lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.