Language of document : ECLI:EU:T:2019:293


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Mejju 2019 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/17)

“FAEG u FAEŻR – Spiża esklużi mill-finanzjament – Korrezzjoniet finanzjarji – Kunċett ta’ ‘produttur’ – Investimenti mwettqa barra minn postijiet ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi – Kontrolli preċedenti għall-approvazzjoni ta’ programm operattiv – Kontroll tal-awtorizzazzjoni tal-ispejjeż– Korrezzjoni finanzjarja unika – Korrezzjoni finanzjarja fissa – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.      Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG u l-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Oneru tal-prova – Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru

[Regolament tal-Kummissjoni Nru 1580/2007, Artikolu 105 u 106]

(ara l-punti 88-94)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni marbuta mal-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEG u l-FAEŻR

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 238-240)

3.      Rikors għal annullament – Att ikkontestat – Evalwazzjoni tal-legalità fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 303)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2018 tal-15 ta’ Novembru 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 312, p. 26).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.