Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fl-20 ta’ Diċembru 2021 – Banco Santander, SA vs OG

(Kawża C-812/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Banco Santander, SA

Konvenut: OG

Domandi preliminari

Fil-kuntest ta’ rikors intiż sabiex jiġu sostnuti l-effetti restituttivi tad-dikjarazzjoni tan-nullità ta’ klawżola li timponi fuq min jissellef l-ispejjeż għall-konklużjoni tal-kuntratt, il-fatt li l-preżentata tar-rikors tiġi suġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin li jibda jiddekorri mill-mument fejn il-klawżola teżawrixxi l-effetti tagħha bil-ħlas tal-aħħar pagament, mument li fih il-konsumatur isir jaf bil-fatti li huma ta’ natura inġusta, huwa kompatibbli mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/2013/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 , jew huwa neċessarju li l-konsumatur ikollu informazzjoni komplementari dwar l-evalwazzjoni legali tal-fatti?

Fil-każ li l-għarfien tal-evalwazzjoni legali tal-fatti jkun neċessarju, il-punt ta’ tluq tat-terminu għandu jkun suġġett għall-eżistenza ta’ ġurisprudenza stabbilita sew dwar l-invalidità ta’ klawżola, jew il-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni fatti differenti?

Peress li l-azzjoni għal restituzzjoni hija suġġetta għal perijodu ta’ preskrizzjoni twil ta’ għaxar snin, f’liema mument il-konsumatur għandu jkun f’pożizzjoni li jkun jaf bin-natura inġusta tal-klawżola u d-drittijiet li tagħtih id-direttiva, qabel ma jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni jew qabel ma dan it-terminu jiskadi?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.