Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Frar 2013 - FTI Touristik vs UASI (BigXtra)

(Kawża T-81/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: FTI Touristik GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern), tad-29 ta' Novembru 2012, fil-Każ R 2521/2011-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "BigXtra" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 39, 41, 42 u 43 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 925 868

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________