Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-632/23)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Ts. Georgieva, B. Stromsky u A. Steiblytė, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Talbiet

Il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi naqset milli tieħu, fit-terminu stabbilit, il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [(UE) 2015/456 tal-5 ta’ Settembru 2014] dwar l-iskema ta’ għajnuna Nru SA.26212 (11/C) (ex 11/NN – ex CP 176/A/08) u SA.26217 (11/C) (ex 11/NN – ex CP 176/B/08) implimentata mir-Repubblika tal-Bulgarija (C (2014) 6207 final) 1 , u billi naqset milli tikkomunika l-informazzjoni meħtieġa, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u taħt l-Artikoli 4 sa 6 ta’ din id-deċiżjoni,

tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-kawża tikkonċerna rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu 108(2) TFUE u tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE.

Il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika Bulgarija naqset milli tieħu, fit-terminu stabbilit, il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tad-[Deċiżjoni 2015/456].

In-nuqqas ta’ implimentazzjoni fil-ħin u effettiva tad-Deċiżjoni [2015/456] huwa dovut għad-diffikultà li jinħatar espert indipendenti sabiex jikkalkola l-ammont tal-għajnuna kif ukoll għall-metodi għall-istima tal-prezz fis-suq tal-proprjetajiet applikati mir-Repubblika tal-Bulgarija, li jwasslu għal stima tal-valur tal-proprjetajiet li ma tikkorrispondix mal-prezz reali fis-suq. Ma hemmx ċirkustanzi li jindikaw l-impossibbiltà assoluta li tiġi implimentata din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli tikkomunika l-informazzjoni meħtieġa, prevista fl-Artikolu 6 tal-imsemmija deċiżjoni. Abbażi ta’ din, il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u taħt l-Artikoli 4 sa 6 tal-istess deċiżjoni.

____________

1     ĠU 2015, L 80, p. 100.