Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fit-13 ta’ Ottubru 2023 – Commune de Schaerbeek u Commune de Linkebeek vs Holding Communal SA

(Kawża C-627/23, Commune de Schaerbeek u Commune de Linkebeek)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti fil-kassazzjoni: Commune de Schaerbeek, Commune de Linkebeek

Konvenut fil-kassazzjoni: Holding Communal SA

Domandi preliminari

L-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE 1 , li huwa stess jirreferi għall-punt 18 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE 2 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ titolu trasferibbli li jista’ jiġi kkummerċjalizzat fis-suq tal-kapital jinkludi l-azzjonijiet ta’ kumpannija holding li jistgħu jinżammu biss mill-provinċji u mill-komuni u li t-trasferiment tagħhom huwa suġġett għall-approvazzjoni mill-Bord tad-Diretturi?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 356, rettifika fil-ĠU 2014, L 218, p. 8.

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263.