Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2013 – The Tea Board vs UASI – Delta Lingerie (Darjeeling)

(Kawża T-627/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: The Tea Board (Calcutta, l-Indja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Delta Lingerie (Cachan, Franza)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 1387/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċedimenti

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “Darjeeling” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 35 u 38 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 468 521

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentTrade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja kollettiva Nru 4 325 718 tat-trade mark verbali “DARJEELING” għal prodotti fil-klassi 30; reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja kollettiva Nru 8 674 327 tat-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “DARJEELING”Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.