Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – DK Recycling und Roheisen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-630/13) 1

(“Ambjent – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’gassijiet serra – Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti ta’ emissjonijiet b’effett mill-2013 – Deċiżjoni 2011/278/UE – Miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni ppreżentati mill-Ġermanja – Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Libertà tal-intrapriża – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: DK Recycling und Roheisen (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Altenschmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27), sa fejn jiċħad l-inklużjoni tal-installazzjonijiet bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni DE000000000001320 u DE-new-14220-0045 fil-lista tal-installazzjonijiet prevista fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), u l-kwantitajiet annwali totali provviżorji tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil dawn l-installazzjonijiet.DispożittivL-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa annullat sa fejn jiċħad l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għall-installazzjonijiet elenkati fil-Punt D tal-Anness I ta’ din id-deċiżjoni, fuq il-bażi ta’ ta’ komponenti ta’ sistema għal emissjonijiet minn proċess ta’ produzzjoni għall-produzzjoni taż-żingu fil-kalkara ta’ funderija u l-proċessi ta’ produzzjoni konnessi.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

____________

1 ĠU C 31, 01.