Language of document : ECLI:EU:T:2014:834





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Settembru 2014 – Molda vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑629/13)

“Ambjent – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Regoli tranżitorji għall-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet mill-2013 – Deċiżjoni 2011/278/UE – Miżuri ta’ implementazzjoni nazzjonali ppreżentati mill-Ġermanja – Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Libertà professjonali u libertà tal-intrapriża – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza diretta – Deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata lill-Istati Membri, rigward l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Determinazzjoni finali tal-fatturi kollha li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-miżuri ta’ implementazzjoni nazzjonali esures nationales d’exécution – Implementazzjoni li għandha natura purament awtomatika – Marġni ta’ evalwazzjoni tal-Istati Membri – Assenza (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikolu 11; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448) (ara l-punti 27-35)

2.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti – Natura eżawstiva ta’ regoli ta’ allokazzjoni armonizzati – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Assenza – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-allokazzjoni ta’ kwoti abbażi ta’ klawżola relatata mal-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Ksur tal-prinċipju ta’ proprozjonalità u ta’ drittijiet fundamentali – Assenza (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 10a u 11; Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2011/278, Artikoli 10 u 15(3), u 2013/448) (ara l-punti 39-45)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Forza maġġuri – Kunċett – Ċirkostanzi lil hinn mill-persuna li tinvokahom, anormali u imprevedibbli, b’konsegwenzi inevitabbli minkejja l-isforzi kollha magħmula – Sottomissjoni ta’ impriża għall-iskema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Riskju li ssir insolventi – Assenza ta’ forza maġġuri (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448) (ara l-punti 46, 47)

4.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti – Assenza ta’ klawżola relatata mal-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Ksur ta’ drittijiet fundamentali – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 15 sa 17; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 10a u 11; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278) (ara l-punti 56-71)

5.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti – Assenza ta’ klawżola relatata mal-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 10a u 11; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278) (ara l-punti 72-75, 78-82, 86-90)

6.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti – Natura eżawstiva ta’ regoli ta’ allokazzjoni armonizzati – Allokazzjoni abbażi ta’ regola nazzjonali li tmur lil hinn minn regoli armonizzati – Inkompatibbiltà – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-allokazzjoni ta’ kwoti abbażi ta’ klawżola relatata mal-każijiet li għandhom diffikultajiet eċċessivi – Ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà – Assenza (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 10a u 11; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278) (ara l-punti 94-96, 99-104)

7.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti – Natura eżawstiva ta’ regoli ta’ allokazzjoni armonizzat – Stati Membri li ma jistgħux jiddisponu minn kwoti – Assenza ta’ stħarriġ pubbliku fil-kuntest ta’ miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni ution – Allokazzjoni ta’ kwoti b’mod gratuwitu abbażi ta’ klawżola relatata mal-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Klassifikazzjoni ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati – Assenza ta’ effett fuq il-kompatibbiltà mal-iskema ta’ allokazzjoni ta’ kwoti (Artikolu 107(1) TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 9, Artikoli 10a u 11(3); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278) (ara l-punti 106-109)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), sa fejn l-Artikolu 1(1) ta’ din id-deċiżjoni jirrifjuta, għat-tielet perijodu ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mill-2013 sal-2020, li jagħti lir-rikorrenti l-kwoti addizzjonali mitluba fuq il-bażi tal-klawżola relatata mal-każijiet li jqajmu diffikultajiet serji prevista fl-Artikolu 9(5) tat-Treibhausgas-Emissionshandelsgesetz (il-liġi Ġermaniża fuq l-iskambji ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra) tal-21 ta’ Lulju 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Molda AG hija kkundannata għall-ispejjeż.