Language of document : ECLI:EU:T:2013:636





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013 – Smartbook vs UASI (SMARTBOOK)

(Kawża T‑123/12)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SMARTBOOK – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 37, 38)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sovrappożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tar-raġunijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c)) (ara l-punti 39, 40)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark verbali SMARTBOOK (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 42-52)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 799/2011-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SMARTBOOK bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Smartbook AG hija kkundannata għall-ispejjeż.