Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2014 – Aluminios Cortizo u Cortizo Cartera vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Aluminios Cortizo, SAU (Extramundi, Spanja) u Cortizo Cartera, SL (Extramundi, Spanja) (rappreżentant: A. Beiras Cal, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-att ġuridiku fit-totalità tiegħu;

sussidjarjament, tannulla l-ordni ta’ rimbors tal-għajnuna, u

sussidjarjament, tordna li l-għajnuna tiġi evalwata skont il-benefiċċju effettiv u nett tal-investitur.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess waħda bħal dik ikkontestata fil-Kawża T-515/13, Spanja vs Il-Kummissjoni (ĠU C 336, p. 29)

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv, ksur tal-Artikolu 107 TFUE, ibbażat fuq l-assenza ta’ selettività u ta’ distorsjoni tal-għajnuna mill-Istat lill-investitur.

It-tieni motiv, ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, ibbażat fuq in-nuqqas assolut ta’ motivazzjoni tal-esklużjoni tal-proprjetarju tal-bastiment u/jew tat-tarzna bħala benefiċjarji tal-parti l-kbira tal-għajnuna.

It-tielet motiv, ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità - flimkien ma dak ta’ għajbien tal-benefiċċju - sa fejn id-deċiżjoni teżiġi li l-investitur jirrimborsa għajnuna ttrasferita lil terz.

Ir-raba’ motiv, ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, peress li l-Kummissjoni, permezz ta’ ittri u tan-nuqqas ta’ azzjoni tagħha, ħolqot l-apparenza leġittima ta’ legalità tas-“SEAF”.

Il-ħames motiv, ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, perss li l-impożizzjoni tal-obbligu li tiġi rimborsata għajnuna mhux irċevuta/ittrasferita mill-investitur tikkostitwixxi konfiska mingħajr ebda titolu legali.

Is-sitt motiv, ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, peress li l-miżuri ddikjarati inkompatibbli ġew aċċettati f’każijiet preċedenti oħra.