Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Ottubru 2009 - Goodyear Dunlop Tyres UK vs UASI - Sportfive (QUALIFIER)

(Kawża T-424/09)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Goodyear Dunlop Tyres UK Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sportfive GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta' Awwissu 2009, fil-Każ R 1291/2008-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "QUALIFIER" għal prodotti fil-klassi 12 (Applikazzjoni Nru 4 877 262)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Sportfive GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Komunitarja Nru 4 017 836 u t-trade mark verbali Ġermaniża Nru 30 415 017.1 "Qualifiers 2006", it-trade mark verbali/figurattiva Ġermaniża Nru 30 414 610.2 "2006 QUALIFIERS", it-trade mark verbali Ġermaniża Nru 30 515 033.2 "Qualifiers 2008" kif ukoll it-trade mark verbali/figurattiva Ġermaniża Nru 30 565 616.3 "2008 QUALIFIERS", kollha rreġistrati, fost l-oħrajn, għal prodotti fil-klassi 12

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 1, għaliex ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________

1 - Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).