Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 – Z vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-173/09)

“Aċċess għal dokumenti – Inammissibbiltà – Ordni”

Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja - Talbiet intiżi sabiex tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni - Inammissibbiltà (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 29-32)

Suġġett

Tordna lill-Kummissjoni, l-ewwel nett, sabiex tindika lir-rikorrent, billi tagħtih aċċess għall-fajl tal-proċedimenti fil-Każ COMP/39.406 (Manek marittimi) u b’mod partikolari tqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu kopja tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Jannar 2009, li timponi multa, jekk ismu jissemma speċifikament f’din id-deċiżjoni u, f’dan il-każ, tindika l-kuntest li fih ismu jissemma, it-tieni nett, telimina, b’mod li għad irid jiġi ppreċiżat wara l-għoti tal-aċċess għall-fajl, kull fejn jissemma ismu fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Jannar 2009 u, fit-tielet nett, ma tiċċitahx speċifikament u ma tagħmel ebda riferiment għal ismu fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Jannar 2009.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Z huwa kkundannat għall-ispejjeż, inkluż dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.