Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2018 – ABB vs EUIPO (FLEXLOADER)

(Kawża T-373/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ABB AB (Västerås, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Hartmann u S. Fröhlich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “FLEXLOADER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 099 474

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 93/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________