Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Settembru 2012 - Nickel Institute vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-180/10) 

["Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Klassifikazzjoni, imballaġġ u ttikkettjar ta' ċerti komposti ta' karbonat tan-nikel bħala sustanzi perikolużi - Direttivi 2008/58/KE u 2009/2/KE - It-tletin u l-wieħed u tletin adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva 67/548/KEE - Rifjut parzjali ta' aċċess - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nickel Institute (Toronto, il-Kanada) (rappreżentanti: inizjalment K. Nordlander, avukat, u H. Pearson, solicitor, sussegwentement K. Nordlander)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti : J. Heliskoski u M. Pere, aġenti); u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, K. Petkovska, C. Meyer-Seitz u S. Johannesson, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-8 ta' Frar 2010 [SG.E3/HP/psi - Ares(2010)65824], dwar rifjut li jingħata, lil Nickel Institute, l-aċċess sħiħ għal ċerti dokumenti interni, b'mod partikolari għal opinjonijiet tas-servizz legali tal-Kummissjoni redatti fil-kuntest ta' żewġ proċeduri konsekuttivi li wasslu għall-klassifikazzjoni, b'mod partikolari, ta' ċerti komposti ta' karbonat tan-nikel fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1967, rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 1, p. 27).

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Nickel Institute.

Nickel Institute għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

Ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 161, 19.06.2010.