Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Jannar 2013 - AISCAT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-182/10) 

("Għajnuna mill-Istat - Konċessjoni diretta tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u tal-ġestjoni ulterjuri ta' parti minn awtostrada - Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward tal-ilment - Rikors għal annullament - Att li jista' jiġi kkontestat - Locus standi - Interess individwali - Ammissibbiltà - Kunċett ta' għajnuna - Riżorsi tal-Istat")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Associazione Italiana delle Società Concessionarie per la costruzione e l'esercizio di Autostrade e Trafori stradali (AISCAT) (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Maresca, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u D. Grespan, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Concessioni autostradali Venete - CAV SpA (rappreżentanti: C. Malinconico u P. Clarizia, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta' Frar 2010, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar allegata għajnuna illegali mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Taljana lil CAV.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Associazione italiana delle società concessionarie per la costruzione e l'esercizio di autostrade e trafori stradali (AISCAT) għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha, nofs dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u t-totalità ta' dawk sostnuti minn Concessioni autostradali Venete - CAV SpA.

Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn AISCAT.

____________

1 - ĠU C 161, 19.06.2010.