Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2010 - Zitro IP vs UASI- Show Ball Informática (BINGO SHOWALL)

(Kawża T-179/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Zitro IP Sàrl (il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Show Ball Informática Ltda

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-UASI

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "BINGO SHOWALL" (Applikazzjoni għar-registrazzjoni Nru 6.059.919) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Show Ball Informática Ltda.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Komunitarja Nru 5.092.275 li tinkludi l-elementi verbali "SHOW BALL", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________