Language of document :

Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-127/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tikkakola mill-ġdid l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni skont dispożizzjonijiet ġenerali ġodda ta’ eżekuzzjoni relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Jannar 2014 li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jsir kalkolu ġdid tas-snin ta’ servizz akkreditati wara t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni ta’ dan mill-iskema Ġermaniża lejn l-iskema Komunitarja, introdotta fis-6 ta’ Jannar 2014;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-istanza irrispettivament mir-riżultat tar-rikors, minħabba l-fatt li r-risposta għall-ilment tant ma kinitx adatta għal dan l-ilment li r-rikorrent kien obbligat, sabiex jikseb eżami serju tal-ilmenti li huwa sostna, jirreferi għal qorti.