Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni vs Cocchi u Falcione

(Kawża T-103/13 P)1

(Appell – Appell Inċidentali – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijet – Transferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali – Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizzi – Att li ma jikkawzax preġudizzju – Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u D. Martin, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Giorgio Cocchi (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) u Nicola Falcione (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Orlandi, J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, sussegwentement S. Orlandi, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), tal-11 ta’ Diċembru 2012, Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni (F-122/10, ĠabraSP, EU:F:2012:180), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Dicembru 2012, Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni (F-122/10) hija annullata sa fejn din tiddikjara ammissibli u fondata t-talba għall-annullament tal-atti (ikklassifikati, f’din is-sentenza, bħala “deciżjonijiet”) tat-12 u tat-23 ta’ Frar 2010, indirizzati mill-Kummissjoni Ewropea, rispettivament, lil Nicola Falcione u lil Giorgio Cocchi, inkwantu dawn l-atti rtiraw il-proposti, magħmula lil G. Cocchi u lil N. Falcione, filwaqt li indikaw ir-riżultat, fi snin ta’ servizz pensjonabbli addizzjonali li jista’ jiġġenera trasferiment eventwali tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom.L-appell inċidentali huwa miċħud. Ir-rikors ippreżentat minn G. Cocchi u N. Falcione quddiem it-Tribunal tas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 122/10 huwa miċħud, sa fejn huwa intiż għall-annullament tal-atti tat-12 u tat-23 ta’ Frar 2010, indirizzati mill-Kummissjoni, rispettivament, lil N. Falcione u lil G. Cocchi, sakemm dawn l-atti rtiraw il-proposti, magħmula lil G. Cocchi u lil N. Falcione, filwaqt li indikaw ir-riżultat, fi snin tas-servizz pensjonabbli addizzjonali li jista’ jiġġenera trasferiment eventwali tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom. G. Cocchi u N. Falcione għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom ta’ din l-istanza kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni kif ukoll dawk relatati mal-appell inċidentali. Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-appell. G. Cocchi u N. Falcione kif ukoll il-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza.

____________

1 ĠU C 129, 4.5.2013.