Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2012 - Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni et

(Kawża T-369/11)

("Rikors għad-danni - Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni - Stat terz - Kuntratt pubbliku nazzjonali - Ġestjoni deċentralizzata - Inammissibbiltà - Inkompetenza")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon AE (Chalandri, il-Greċja) (rappreżentant: A. Krystallidis, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u P. van Nuffel, aġenti); Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija (Ankara, it-Turkija); u Central Finance & Contracts Unit (CFCU) (Ankara, it-Turkija)

Suġġett

Talba għall-kumpens għad-dannu li jirriżulta mid-deċiżjoni tas-CFCU tal-5 ta' April 2011 u minn kull deċiżjoni sussegwenti li tannulla l-għoti tal-kuntratt "Tkabbir tan-network Tork-Ewropew ta' Ċentri ta' Negozji f'Sivas, f'Antakya, f'Batman u f'Van - EuropeAid/128621/D/SER/TR" lill-konsorzju Diadikasia business Consultants SA (GR) - Wyg International Ltd (UK) - Deleeuw International Ltd (TR) - Cyberpark (TR), minħabba dikjarazzjonijiet allegatament foloz.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 282, 24.09.2011.