Language of document : ECLI:EU:T:2012:545





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2012 – Monier Roofing Components vs UASI (CLIMA COMFORT)

(Kawża T-371/11)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CLIMA COMFORT – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Dritt għal smigħ – It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 13, 18, 19, 36)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark EKomunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali CLIMA COMFORT (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 14, 25-29, 32-43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ April 2011 (Każ R 2026/2010‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CLIMA COMFORT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Monier Roofing Components GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.