Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2009 - Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (350, 250 u 150)

(Kawża T-64/07 sa T-66/07) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali 350, 250 u 150 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)"

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: D. Rzążewska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto et K. Zajfert, aġenti)

Suġġett

Tliet rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta' Diċembru 2006 (Każijiet R 1033/2006-4, R 1034/2006-4 u R 1035/2006-4), dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali 350, 250 u 150 bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 95, 28.04.2007