Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Settembru 2011 - Nike International vs UASI (DYNAMIC SUPPORT)
("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DYNAMIC SUPPORT - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nike International Ltd (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta' Awwissu 2010 (Każ R 640/2010-4), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali DYNAMIC SUPPORT bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Nike International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 346, 18.12.2010.