Rikors ippreżentat fis-26 ta' Ottubru 2010 - Nike International vs UASI (DYNAMIC SUPPORT)
(Kawża T-512/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nike International Ltd (Beaverton, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta' Awwissu 2010 fil-Każ R 640/2010-4; u
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark "DYNAMIC SUPPORT" għal prodotti fil-klassi 25 - Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8299869
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tiegħu u kkonkluda b'mod żbaljat li dan l-artikolu jipprojbixxi r-reġistrazzjoni tat-trade mark li fir-rigward tagħha ġiet ippreżentata applikazzjoni.
____________