Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – LG Display u LG Display Taiwan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-128/11) 1

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq dinji tal-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD) — Ftehimiet u prattiki miftiehma fil-qasam ta’ prezzijiet u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni — Bejgħ intern — Drittijiet tad-difiża — Multi — Immunità parzjali minn multa — Ksur uniku u kontinwat – Prinċipju ta’ ne bis in idem

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Display Co. Ltd (Séoul, il-Korea t’Isfel); u LG Display Taiwan Co. Ltd (Taipei, it-Tajwan) (rappreżentanti: A. Winckler u F.-C. Laprévote, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8761 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ COMP/39.309 - LCD), u t-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti b’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq LG Display Co. Ltd u fuq LG Display Taiwan Co. Ltd fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8761 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ COMP/39.309 – LCD), huwa ffissat għal-EUR 210 000 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

LG Display u LG Display Taiwan għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 130, 30.04.2011.