Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Novembru 2011 - McLoughney vs UASI - Kern (Powerball)

(Kawża T-484/09) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Powerball - Trade mark verbali preċedenti mhux irreġistrata POWERBALL - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Rory McLoughney (Thurles, l-Irlanda) (rappreżentant: J. Stratford Lysandrides, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ernst Kern (Zahling, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Settembru 2009 (Każ R 1547/2006-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Rory McLoughney u Ernst Kern.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Rory McLoughney huwa kkundannat għal-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 37, 13.2.2010.