Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta' April 2008 - Bennett et vs UASI
(Kawża F-19/08 R)
(Servizz pubbliku - Proċedura għal miżuri provviżorji - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni ta' att - Avviż ta' kompetizzjoni - Urġenza - Assenza)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Kelly-Marie Bennett (Alicante, Spanja) u oħrajn (rappreżentant: G. Vandersanden, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero u E. Maurage, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet OHIMIAD/02/07 u OHIMIAST/02/07 sakemm tingħata deċiżjoni fuq il-mertu, bil-konsegwenza li r-rikorrenti ma jkunux obbligati jipparteċipaw f'dawn l-eżamijiet u konsegwentement il-kuntratti tagħhom ma jkunux jistgħu jiġu tterminati minħabba l-fatt li ma jkunux jidhru fuq il-listi ta' riżerva.
Dispożittiv
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
L-ispejjeż huma riżervati.
____________