Language of document : ECLI:EU:T:2021:522


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal1 ta’ Settembru 2021 –
e*Message Wireless Information Services vs EUIPO – Apple (e*message)

(Kawża T834/19)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea e*message – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Dikjarazzjoni ta’ invalidità – Dispożizzjonijiet applikabbli ratione temporis – Applikazzjoni ta’ ġurisprudenza sussegwenti – Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Legalità tad-deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li jiddeċiedi fi proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Kontestazzjoni permezz tal-invokazzjoni ta’ fatti ġodda – Inammissibbiltà – Teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ta’ ġurisprudenza tal-Unjoni jew ta’ ġurisprudenza nazzjonali jew internazzjonali mhux invokata quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72)

(ara l-punt 32)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94)

(ara l-punti 39, 40)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark figurattiva e*message

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ) u 51(1)(a))

(ara l-punti 49, 52, 54, 62, 68, 74 sa 76)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ) u 51(1)(a))

(ara l-punt 51)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ) u 51(1)(a))

(ara l-punt 53)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fir-rigward tal-motivi assoluti ta’ rifjut – Eżami limitat għall-motivi invokati – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti magħrufa

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 95(1))

(ara l-punti 56, 64, 65)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 40/94 – Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità – Data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1) u 51(1)(a))

(ara l-punt 69)

8.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni – Konformità tal-assigurazzjonijiet mar-regoli applikabbli

(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17; Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 51(1))

(ara l-punti 91, 94 sa 96, 102)

9.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ) u 51(1)(a))

(ara l-punt 110)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal‑10 ta’ Settembru 2019 (Każ R 2454/2018‑5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Apple u e*Message Wireless Information Services.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

e*Message Wireless Information Services GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Apple Inc..