Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' April - Shenzhen Taiden Industrial vs L-UASI - Bosch Security Systems (disinn ta' apparat għall-komunikazzjoni)

(Kawża T-153/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shenzhen Taiden Industrial Co., Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Hartmann, M. Helmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Bosch Security Systems BV (Eindhoven, l-Olanda)

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Frar 2008 fil-każ R 1437/2006-3; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawn sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett ta' l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Disinn għall-prodott "apparat għall-komunikazzjoni" - disinn Komunitarju rreġistrat Nru 214903-0001

Proprjetarju tad-desinn Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Disinn imressaq bħala prova mill-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Disinn preċedenti pprovdut lill-pubbliku minn Koninklijke Philips Electronics NV irreġistrat bħala disinn internazzjonali taħt in-Nru DM/055655

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Invalidità: Ċaħda ta' l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Invalidità u dikjarazzjoni li d-disinn ikkontestat huwa invalidu

Motivi invokati : Ksur ta' l-Artikolu 63(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002 peress li t-Tielet Bord ta' l-Appell ibbaża ruħu fuq fatti allegati ppreżentati mill-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità li fir-rigward tagħhom ebda prova ma ġiet imressqa; ksur ta' l-Artikoli 4(1) u 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002 peress li t-Tielet Bord ta' l-Appell żbalja meta ddeċieda li d-disinn ikkontestat ma kellux karattru individwali u naqas milli jevalwa u jqabbel d-disinni ikkonċernati mill-perspettiva ta' utent infurmat.

____________