Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2013 – Shire Pharmaceutical Contracts vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-583/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shire Pharmaceutical Contracts (Hampshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Bacon, Barrister, M. Utges Manley u M. Vickers, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Settembru 2013, ikkonfermata bl-ittra tat-18 ta’ Ottubru 2013, li tirrifjuta l-ammissibbiltà għall-benefiċċju ta’ kumpens għal pjan ta’ investigazzjoni pedjatriku volontarju fis-sens tal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 1 ; u

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorreni tinvoka żewġ motivi.L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żbalji fundamentali ta’ liġi fl-interpretazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006. It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

____________

____________

1 Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU