Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Shire Pharmaceutical Contracts vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-583/13)1

[“Rikors għal annullament — Prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku — Regolament (KE) Nru 1901/2006 — Artikolu 37 — Proroga tal-perijodu tal-esklużività kummerċjali tal-prodotti mediċinali orfni li ma għandhomx privattiva — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shire Pharmaceutical Contracts Ltd (Hampshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, M. Utges Manley u M. Vickers, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u V. Walsh, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni indirizzata lir-rikorrenti fit-2 ta’ Settembru 2013, kif ikkonfermata sussegwentement permezz tal-ittra tat-18 ta’ Ottubru 2013, għal dak li jikkonċerna l-eliġibbiltà tal-prodott mediċinali Xagrid għall-inċentiv previst fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 378, p. 1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Shire Pharmaceutical Contracts Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.