Language of document : ECLI:EU:T:2015:480





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 —
CMT vs UASI – Camomilla (Camomilla)

(Kawżi magħquda T‑98/13 u T‑99/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade marks Komunitarji figurattivi Camomilla — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CAMOMILLA — Raġuni assoluta għal rifjut — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ mala fide tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ xebh ta’ prodotti — Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Ordni indirizzata lill-Uffiċċju — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 29)

2.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Mala fide tal-applikant fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha eżistenti fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Għarfien mill-applikant tal-użu minn terz ta’ sinjal identiku jew li jixxiebah — Intenzjoni tal-applikant — Grad ta’ protezzjoni ġuridika tas-sinjali inkwistjoni — Loġika kummerċjali wara r-reġistrazzjoni tas-sinjal ikkontestat bħala trade mark Komunitarja — Kronoloġija tal-avvenimenti li kkaratterizzaw il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b)) (ara l-punti 37, 40-42)

3.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Mala fide tal-applikant fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark — Trade marks figurattivi CAMOMILLA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b)) (ara l-punti 49-52)

4.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet relattivi ta’ invalidità — Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Trade marks figurattivi CAMOMILLA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b), u 53(1)(a)) (ara l-punti 68, 69, 75-77)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Dannu lill-karattru distintiv jew lir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 83)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Novembru 2012 (Każijiet R 1615/2011‑1 u R 1617/2011‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn CMT – Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) u Camomilla SpA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) hija kkundannata għall-ispejjeż.