Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 - Sogelma vs AER
(Kawża T-411/06)
("Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Sejħa għal offerti tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni - Deċiżjoni li tiġi annullata s-sejħa għal offerti u li tiġi ppubblikata waħda ġdida - Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Ħtieġa ta' ilment amministrattiv minn qabel - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Mandat - Obbligu ta' motivazzjoni - Talba għal danni")
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Sogelma - Societá generale lavori manutenzioni appalti Srl (Scandicci, l-Italja) (rappreżentanti: E. Cappelli, P. De Caterini, A. Bandini u A. Gironi, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER) (rappreżentanti: inizjalment O. Kalha, wara M. Dischendorfer u finalment R. Lundgren, aġenti, assistiti minn S. Bariatti u F. Scanzano, avukati)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. van Nuffel u L. Prete, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-AER li annullaw is-sejħa għal offerti għall-kuntratt għal xogħolijiet bir-riferiment EuropeAid/120694/D/W/YU u li organizzaw sejħa ġdida għal offerti, kif ukoll talba għal kumpens tad-dannu allegatament subit.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Sogelma - Societá generale lavori manutenzioni appalti Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni.
Il-Kummissjon għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 42, 24.2.2007.